“Rebbieħa Tal-Premju Għall-Eċċellenza Tas-Santwarju. Grazzi” – MSPCA

L-MSPCA, santwarju tal-annimali, kitbu ringrazzjament fuq il-paġna tagħha bħala rebbieħa tal-premju għall-iktar santwarju eċċellenti.

Fuq il-paġna spjegaw, “Rebbieħa tal-premju ‘Sanctuary Excellence’. Grazzi. Lil kull annimal li sab is-sigurta` magħna, il-150 u fuqhom li għad għandhom bżonna din is-sena, u dawk li għadhom iridu jiġu. Lil kull Arnie, kull tieni ċans, kull persuna li tagħti ħinha, imħabba u qalb li tipproteġi. Flimkien, din hi tagħna.”

Fil-kummenti rċevew diversi messaġġi t’awgurju u ta’ ringrazzjament, speċjalment mingħand persuni li bis-saħħa tal-MSPCA, kellhom l-opportunita`jaddottaw lill-għeżież annimali domestiċi tagħhom.

Nirringrazzjawhom, kif ukoll lis-santwarji kollha fi gżiritna, li kontinwament ipoġġu l-annimali qabilhom infushom u jiżguraw li jingħataw ċans ġdid.

Ritratti:

Facebook / MSPCA

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI