“Grazzi Ta’ Dak Kollu Li Għamiltu!” – St Joseph School Issellem Lil Rosalie U Sandra Hekk Kif Jirtiraw

L-iskola sekondarja St Joseph School ta’ Blata l-Bajda sellmet u rringrazzjat żewġ membri tal-istaff li waslu fi tmiem il-karriera tagħhom, wara snin twal ta’ ħidma u dedikazzjoni lejn l-edukazzjoni u l-istudenti. Dawn huma Rosalie Formosa Marguerat, għalliema tal-Arti, u Sandra Fenech, teknika tal-laboratorju, li tul is-snin taw kontribut importanti lill-komunità skolastika.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali, l-iskola esprimiet il-gratitudni tagħha lejn dawn iż-żewġ nisa għall-impenn, il-passjoni u x-xogħol tagħhom matul is-snin. "F'isem il-komunità tagħna, nixtiequ nirringrazzjaw lil dawn iż-żewġ membri straordinarji tal-istaff li se jirtiraw. Aħna tassew grati għal dak kollu li għamiltu għall-komunità tagħna," kitbet l-iskola.

L-iskola awguratilhom ukoll irtirar mimli saħħa, ferħ u esperjenzi ġodda, filwaqt li rringrazzjathom għall-marka pożittiva li ħallew fil-ħajja tal-istudenti u fil-komunità skolastika. Żgur li wara tant snin ta’ servizz, Rosalie u Sandra se jibqgħu mfakkra b'għożża minn dawk kollha li kellhom ix-xorti jaħdmu u jiltaqgħu magħhom.

Nawguraw lil Rosalie u Sandra irtirar mill-isbaħ u nirringrazzjawhom tas-snin li ddedikaw għall-edukazzjoni!

Ritratt:

Facebook / St Joseph School – Blata L-Bajda Secondary School

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI