“Ejja Naħdmu Flimkien Għax In-Naħla Maltija Se Tispiċċa” – Arnold Sciberras B’Appell

Arnold Sciberras

In-Naturalist Arnold Sciberras qasam appell favur il-ħarsien tal-bijodiversità tal-Gżejjer Maltin, fejn saħaq fuq il-ħtieġa ta’ miżuri serji u bbażati fuq ix-xjenza biex jiġu indirizzati l-ispeċi aljeni invażivi u ż-żieda eċċessiva fil-popolazzjoni ta’ ċerti speċi li jistgħu jheddu l-bilanċ ekoloġiku.

F’messaġġ li qasam fuq il-paġna tiegħu, Arnold spjega li t-tħassib tiegħu ma jirrigwardax biss in-naħla Maltija, iżda wkoll għadd kbir ta’ insetti u organiżmi oħra li għandhom rwol essenzjali fl-ekosistemi. Fost it-tħassib ewlieni tiegħu hemm il-vespa orjentali (Vespa orientalis), li dwar l-effetti potenzjali tagħha fuq il-fawna invertebrata Maltija ilu jwissi għal kważi ħmistax-il sena.

Għalhekk, Arnold qed jappella għal inizjattiva nazzjonali kkoordinata li tlaqqa’ flimkien lill-awtoritajiet ambjentali, lix-xjenzati, lir-riċerkaturi, lill-organizzazzjonijiet ta’ konservazzjoni, lil dawk li jrabbu n-naħal, lill-bdiewa, lill-kunsilli lokali u lill-pubbliku inġenerali.

Huwa temm bl-appell tiegħu, "Ejjew naħdmu flimkien għax in-naħla Maltija se tispiċċa." Segwu l-filmat sħiħ.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI