L-attur lokali Ivan De Battista wassal messaġġ mimli mħabba u gratitudni lil ommu Irene f’għeluq sninha, li jaħbat illum 13 ta’ Ottubru.
F’messaġġ mill-qalb, huwa ddeskriva din il-ġurnata bħala waħda b’tifsira speċjali għalih u għall-familja tiegħu, hekk kif jiċċelebraw "lill-mara li minnha beda kollox."
Ivan jirringrazzja lil ommu għal dak kollu li għamlet miegħu, ma’ ħutu u mal-familji tagħhom tul is-snin, kif ukoll għall-appoġġ kontinwu tagħha, il-valuri li għadditilhom u l-imħabba li dejjem uriethom.
Biex ikompli jwassal is-sentimenti tiegħu, l-attur inkluda versi tal-poetessa Christina Rossetti, li permezz tagħhom esprima x-xewqa li ommu tirċievi l-istess ferħ li hi tagħti lill-oħrajn għal ħafna aktar snin.
“Awguri mammina, Irene! Inħobbuk!” kiteb Ivan fi tmiem il-messaġġ tiegħu. Qasam anke ritratt memorabbli tal-familja għall-okkażjoni.
Nawgurawlha mill-qalb f'isem it-tim ta' Gwida.mt!
Facebook/ Ivan De Battista