Vanusia Ġġorr Biċċa Minn Malta Magħha Fuq Ir-Runway Ta’ New York Fashion Week

Hemm ġesti li, minkejja li jidhru żgħar, ikollhom tifsira kbira. Fil-fatt, għal Vanusia, li tieħu magħha biċċa minn Malta f’avveniment internazzjonali bħan-New York Fashion Week kienet xi ħaġa tassew speċjali.

Fuq l-ilbies tagħha, Vanusia inkorporat is-Salib ta’ Malta, maħdum kollu kemm hu bl-idejn bl-użu tal-hair extensions; dettall oriġinali u kreattiv li mhux biss żied element uniku mal-ilbies tagħha, iżda serva wkoll bħala simbolu tal-identità u l-kburija Maltija.

Permezz ta’ dan id-disinn, Vanusia rnexxielha tgħaqqad il-kreattività mal-imħabba lejn pajjiżna, u ġabet magħha simbolu li għal ħafna Maltin jirrappreżenta storja, wirt u sens ta’ appartenenza.

Hi qasmet din l-esperjenza fuq il-midja soċjali, fejn spjegat kemm kienet xi ħaġa sabiħa li ġġorr magħha biċċa minn Malta fuq ir-runway ta’ New York Fashion Week. Hija rringrazzjat ukoll, lil Hair Extensions by Unique li ntużaw biex jinħoloq dan ix-xogħol.

F’dinja tal-moda fejn il-kreattività ma tafx limiti, Vanusia sabet mod tassew oriġinali kif turi minn fejn ġejja, għax kultant, biex tirrappreżenta lil pajjiżek, ma jkollokx għalfejn tgħid ħafna kliem. Biżżejjed iġġorr simbolu li jfakkrek f’għeruqek u Vanusia għamlet dan bi stil, oriġinalità u kburija Maltija!

Ritratt:

Facebook/Vanusia Mifsud Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI