Chloe, kelba ta’ 10 snin, issib kenn u mħabba fis-santwarju tal-Association for Abandoned Animals. L-assoċjazzjoni laqgħet fil-familja tas-santwarju tagħha lil Chloe, kelba ta’ 10 snin li, minkejja d-diffikultajiet li għaddiet minnhom dan l-aħħar, qed turi n-natural ħelu tagħha ma’ dawk ta’ madwarha.
F’messaġġ fuq il-paġna tagħha, l-assoċjazzjoni spjegat li Chloe malajr serqet il-qlub tal-voluntiera bil-ġentilezza tagħha. Sfortunatament, jidher li l-kelba tilfet id-dar tagħha mingħajr ebda ħtija. Barra minn hekk, hemm suspett li għandha nuqqas ta' dawl minn għajn waħda, u bħalissa qed isirilha l-assessjar meħtieġ biex jiġi żgurat li tkun sigura u ma tkunx qed tbati minn xi uġigħ.
L-AAA appellat lill-pubbliku biex jaqsam l-istorja ta’ Chloe u jgħin biex din issib l-appoġġ li jistħoqqilha.
Min jixtieq jagħti donazzjoni jista’ jagħmel dan permezz ta’ BOV mobile jew Revolut fuq in-numru 7973 0921, jew permezz ta’ PayPal fuq [email protected].
Kull għajnuna tista’ tagħmel differenza.