Suċċess Internazzjonali Għall-Kantanta Maltija Lyndsay Pace – Tirbaħ Premju Prestiġjuż Fi New York

Il-kantawtriċi Maltija Lyndsay Pace kisbet rikonoxximent internazzjonali ieħor fil-karriera mużikali tagħha, hekk kif il-kanzunetta Beat of Love, b’kollaborazzjoni ma’ Cool Mike u Jaga, rebħet il-premju Best Pop Music waqt il-LIT Music Awards fi New York.

Din il-kompetizzjoni internazzjonali tagħti rikonoxximent lil artisti u xogħlijiet mużikali minn madwar id-dinja, f’diversi ġeneri mużikali. Għal Lyndsay, din ir-rebħa tirrappreżenta pass importanti ieħor fil-vjaġġ artistiku tagħha, hekk kif tkompli taħdem biex il-mużika oriġinali tagħha tilħaq udjenzi lil hinn minn xtutna.

"Jien tassew kuntenta u grata għal dan ir-rikonoxximent. Li kanzunetta li ħdimna fuqha flimkien ma’ Cool Mike u Jaga tikseb dan is-suċċess jagħmel din il-kisba aktar speċjali. Nemmen li l-mużika għandha l-qawwa tgħaqqad lin-nies u għalija huwa ta’ sodisfazzjon kbir li x-xogħol tagħna qed jikseb attenzjoni fuq livell internazzjonali," qalet Lyndsay.

Din il-kisba tkompli tagħtiha aktar motivazzjoni biex tesplora kollaborazzjonijiet ġodda u tkompli tiżviluppa l-karriera tagħha fuq livell internazzjonali, filwaqt li tibqa’ kburija bl-għeruq Maltin tagħha.

Prosit lil Lyndsay Pace, Cool Mike u Jaga għal dan is-suċċess!

Ritratt:

Facebook / Lyndsay Pace

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI