30 Kanzunetta Jgħaddu Għall-Fażi Li Jmiss Tas-Seba’ Edizzjoni Ta’ Mużika Mużika

Jasmine Muzika Muzika

Waqt l-ewwel fażi ta' preparamenti għas-seba’ edizzjoni ta’ Mużika Mużika, il-kanzunetti sottomessi ġew iġġudikati minn membri tal-ġurija esperta fejn intgħażlu l-aqwa 30 kanzunetta.

Dawn il-kanzunetti se jkunu qed jgħaddu għall-fażi li jmiss, fejn se jiġu interpretati live quddiem ġurija differenti minn dik tal-ewwel fażi.

F’din il-fażi, se jintgħażlu s-16-il kanzunetta finalista li se jiġu ppreżentati waqt is-seba’ edizzjoni ta’ Mużika Mużika, li se ssir bejn il-11 u t-13 ta’ Marzu 2027.

It-30 kanzunetta li għaddew għall-fażi li jmiss huma dawn (f’ordni alfabetika skont l-isem tal-kanzunetta):

      • Fjamma Nar
      • Ġejja
      • Għalik *
      • Għalik **
      • Għalik ***
      • Għannaqtek
      • Ġugarell
      • Ħobbni
      • Id f'Id
      • Ikun xi Jkun
      • Il-Ħajja hi Film
      • Imqar għal Ftit
      • Inħobbok Tassew
      • Ktieb Miftuħ
      • Labirint
      • L-Għanja tas-Skiet
      • Ma Nafx
      • Naf
      • Nagħżel li Ngħix
      • Narak Illejla  
      • Nibqa' Ħdejk
      • Qabel il-Waqt
      • Qalb tad-Deheb
      • Qalbek Kbira
      • Ritratt
      • Sibna ’l Xulxin
      • Sinjal
      • Surreali
      • Ta' Xulxin ****
      • Tgħemiża

      Peress li kien hemm aktar min kanzunetta waħda bl-isem ta’ GĦALIK u TA’ XULXIN, nikkjarifikaw billi insemmu l-isem tal-kompożituri u l-awturi:

      Għalik * – Ray Agius u Emil Calleja Bayliss

      Għalik ** – Ray Agius u Corazon Mizzi

      Għalik *** – Pamela Bezzina

      Ta’ Xulxin **** - Klinsmann Coleiro u Joe Julian Farrugia

      Ritratt:

      Facebook/ Mużika Mużika

      Ixxerja

      STEJJER OĦRA

      AQRA IKTAR

      PARTNERS UFFIĊJALI