Fi New York Se Jiġu Projbiti L-Karrozzini Taż-Żwiemel Minħabba Tħassib Ta’ Sigurtà

Fl-Istati Uniti, is-sindku tal-belt ta' New York Zohran Mamdani għadu kif laħaq ftehim sabiex mill-2028 isir illegali li wieħed jopera l-karrozzini taż-żwiemel. Ġie spjegat kif dan se jkun qed iseħħ minħabba tħassib dwar is-sigurtà tal-annimali.

Matul dawn l-aħħar 16-il sena, sindki differenti li ħadu f'idejhom it-tmun ta' din il-belt Amerikana ipprovaw idaħħlu fis-seħħ projbizzjoni ta' din ix-xorta, iżda ma rnexxilhomx minħabba reżistenza li sabu mill-unjins tat-trasport li kemm-il darba fissru t-tħassib tagħhom dwar l-impjiegi li se jintilfu.

Min-naħa 'l oħra, din id-deċiżjoni li għadha kif tħabbret żgur li se tkun qiegħda tara t-tifħir ta' diversi attivisti u għaqdiet li jiġġieldu favur id-drittijiet tal-annimali li ilhom għal dawn l-aħħar snin jopponu l-industrija tal-karrozzini taż-żwiemel fi New York.

Intom x'taħsbu dwar din il-liġi?

Sors: Politico

Ritratt:

ChatGPT

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI