Illum iċċelebrajna Jum il-Forzi Armati ta’ Malta, jum iddedikat biex jitfakkru u jiġu onorati l-ħidma, l-impenn u d-dedikazzjoni tal-membri li jaqdu lil pajjiżna.
Fi Pjazza San Ġwann, fil-Belt Valletta, saret ċerimonja b’Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta’ Malta, akkumpanjata mill-Banda tal-Forzi Armati, bħala turija ta’ rispett lejn il-Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Brigadier Clinton J. O’Neill, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, l-Onorevoli Glenn Beddingfield, u l-Aġent President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tagħha Helena Dalli.
Wara din iċ-ċerimonja, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann ġiet iċċelebrata Quddiesa Pontifikali mmexxija minn Mons. Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex.
Din il-quddiesa serviet bħala okkażjoni ta’ talb, riflessjoni u ringrazzjament għall-ħidma, il-qlubija u s-sagrifiċċji ta’ dawk kollha li jagħtu sehemhom fis-servizz lejn in-nazzjon.
F’din l-okkażjoni speċjali, il-Forzi Armati ta’ Malta wasslu tislima lill-membri kollha tagħhom, kemm dawk li servew fil-passat kif ukoll dawk li għadhom jaqdu llum, b’apprezzament għall-fedeltà, il-professjonalità u d-dedikazzjoni tagħhom lejn Malta.
Facebook/ Armed Forces of Malta