Tħabbret it-telfa ta’ Alison Satariano, fundatriċi ta' Interior Outfitters, u bosta qed isellmu l-memorja tagħha permezz ta’ kelmtejn t’apprezzament fuq il-mezzi soċjali. Kristine Bonnici Design kitbulha messaġġ miinn qalbhom.
Huma kitbu, “Qlubna maqsuma bit-telfa ta’ Alison Satariano. Dejjem kien ta’ gost li naħdmu ma’ Alison. Il-kreattivita`straordinarja, enerġija, u passjoni li kellha għal dak li kienet tagħmel kien jagħmel kull kollaborazzjoni speċjali.”
Żiedu jgħidu, “Inħossuna fortunati mmens li ħdimna magħha, qsamna l-ideat tagħna u fuq kollox, sirna nafuha bħala l-persuna tal-ġenn li hi wara t-talent kollu tagħha.”
Il-paġna ta' Interior Outfitters kitbulha, "Bniet iżjed minn kumpanija. Tat forma lir-ruħ tal-kumpanija. L-enerġija tagħha mbuttatna 'l quddiem. L-immaġinazzjoni tagħha ispiratna."
Temmu kliemhom, “Alison, in-nuqqas tiegħek se nħossuh iżjed milli l-kliem jistgħu jesprimu. L-imħabba u l-kondoljanzi tagħna jingħataw lill-familjari tagħha u lil kull ħajja li misset.”
Tistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier.
Facebook / Kristine Bonnici Design u Interior Outfitters