Għadha kif tħabbret l-aħbar li ħalliena l-attur lokali Charles Cropp, raġel maħbub u rrispetat minn ħafna Maltin u Għawdxin.
Luqa Youth Centre kitbulu, “Illum b’qalb mimlija sogħba nsellmu lill-għażiż Charles Cropp, persuna li dejjem sibniha ta’ sapport, għajnuna u kuraġġ ġewwa ċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Ħal Luqa. Grazzi mill-qalb, Charles.”
Skene, għaqda teatrali f’Ħal Luqa kitbitlu, “B’sogħba nħabbru t-telfa ta’ Charles Cropp, li anke serva bħala President ta’ Skene. F’isem Skene, insellmu l-memorja tiegħu u nirringrazzjawh tas-servizz tiegħu.”
Il-memorja tiegħu u d-dedikazzjoni tiegħu lejn l-arti ma’ tintesa qatt. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier. Nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb għeżież tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli.
Facebook / Luqa Youth Centre u Skene