Il-forza tal-pulizija ta’ Malta bi kburija ħabbru li lbieraħ ingħaqdu magħhom 34 membri ġodda. Ħabbru dan permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tagħhom.
Fuq il-paġna huma kitbu, “34 pulizija kuntistabbli ġodda uffiċjalment ingħaqdu mal-pulizija ta’ Malta wara li b’suċċess lestew it-training tagħhom.”
Żiedu jgħidu, “Il-kummissarju tal-pulizija, Mr Angelo Gafa` spjega li dawn l-uffiċjali qed jimmarkaw kapitlu ġdid fl-istorja tal-forza għaliex huma l-ewwel grupp li gradwaw wara li lestew kors ta’ sena fl-Universita`ta’ Malta. Nawguraw lill-kuntistabbli l-ġodda fil-karriera tagħhom, dedikati biex iservu u jipproteġu lill-komunitajiet.”
Kemm aħna kburin bihom! Prosit immens! Inżommuhom fit-talb tagħna biex Alla jkompli jiggwidahom fit-triq it-tajba u jgħinhom jagħmlu xogħlhom b’serjeta` u dedikazzjoni.
Facebook / The Malta Police Force