“F’Għajnejn Il-Liġi Kulħadd Huwa L-Istess” – Il-Ministru Glenn Bedingfield Dwar Iż-Żewġ Mowbajls Li Nstabu L-Ħabs

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Ministru Glenn Bedingfield tkellem dwar investigazzjoni tal-pulizija li għaddejja bħalissa relatata ma’ żewġ mowbajls misjuba l-ħabs ta’ Kordin.

Hu qal, “Infurmat li żewġ persuni, li bħalissa qed jiskontaw sentenza fil-ħabs, qed ikunu investigati mill-Pulizija. Dan wara operazzjoni investigattiva li bdiet fil-jiem li għaddew u li wasslet biex fi tfittxijiet, li saru ġewwa ċ-ċelel tagħhom stess, instabu żewġ mobile phones. F’ċella oħra ta’ priġunier differenti nstab mobile phone ieħor.”

Żied, “Il-persuni, qed ikunu investigati wara informazzjoni li waslet għand il-Pulizija. Ix-xogħol fuq din l-investigazzjoni bejn diversi entitajiet kien kordinat mill-Pulizija u fis-siegħat li ġejjin dawn il-persuni se jkunu interrogati. Diġà għidt li m’hu se nħarsu lejn wiċċ ħadd. Li kien għalija nħabbar anke l-ismijiet, iżda rrid nirrispetta l-investigazzjoni tal-Pulizija. F’għajnejn il-liġi kulħadd huwa l-istess.”

Ritratt:

Glenn Bedingfield

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI