Il-Familja Tal-Kantanta Graziana Axisa Tikber B’Wasla Speċjali – Merħba Fid-Dinja Liċ-Ċkejken Gianni!

Hemm mumenti fil-ħajja li jbiddlu għal kollox ħajtek u jimlew il-qalb b’imħabba li diffiċli titfisser bil-kliem. Għal Graziana Axisa, wasal wieħed minn dawk il-mumenti mill-isbaħ, għax il-familja tagħha kibret b’membru ġdid li diġà seraq qalb kulħadd.

Permezz ta’ messaġġ mimli emozzjoni, il-kantanta ħabbret il-wasla taċ-ċkejken Gianni fid-dinja, u qasmet il-ferħ tagħha ma’ dawk li jsegwuha. “U hekk, f’daqqa waħda, sirna erbgħa!” kitbet, b’ferħ li jinħass f’kull kelma.

Graziana fissret kif il-wasla ta’ Gianni għaqdet il-familja tagħhom bl-isbaħ mod possibbli, iżda dan il-mument huwa speċjali wkoll għal Giuseppe, li issa uffiċjalment kiseb irwol ġdid f’ħajtu: dak ta’ ħu l-kbir. L-omm qasmet ukoll, kif iż-żewġ subien li għandha huma l-akbar imħabba tagħha u żewġ mirakli żgħar li jagħmlu ħajjitha aktar sabiħa.

Minn qalbna, nawguraw lil Graziana u lill-familja tagħha ħafna saħħa, ferħ u mħabba f’dan il-kapitlu ġdid. Jalla ċ-ċkejken Gianni jikber imdawwar b’kull barka u b’imħabba bla qies!

Ritratt:

Facebook/Graziana Hili

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI