“Biex Inkompli Nagħti L-Aħjar Tiegħi Lil Ħaddieħor, Irrid Nieħu Ħsieb Lili Nnifsi Wkoll” – Il-Kap Tal-Oppożizzjoni Alex Borg

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Alex Borg, qasam riflessjoni fuq il-mezzi soċjali dwar l-importanza li wieħed isib ħin għalih innifsu, minkejja l-impenji u r-responsabbiltajiet li ġġib magħha l-ħajja ta’ kuljum. Borg spjega kif, bejn ix-xogħol u l-laqgħat, il-ġranet jaf jgħaddu malajr, iżda xorta waħda jipprova jsib ftit ħin biex jieħu ħsieb saħħtu.

"Il-gym għalija mhux biss eżerċizzju. Huwa dak il-ħin fejn nista’ niżvoga u nieħu ħsieb saħħti, kemm fiżikament kif ukoll mentalment," kiteb Borg. Huwa saħaq ukoll fuq l-importanza tad-dixxiplina u l-konsistenza, speċjalment f’dawk il-ġranet meta l-motivazzjoni tkun nieqsa.

"Li tibqa’ konsistenti u ma taqtax qalbek," sostna, filwaqt li fakkar li biex wieħed ikun jista’ jagħti l-aħjar tiegħu lill-oħrajn, jeħtieġ li l-ewwel jieħu ħsieb tiegħu nnifsu. Messaġġ li jgħodd għal kulħadd, irrispettivament mill-impenji u r-responsabbiltajiet li kull wieħed u waħda minna jġorr.

Ritratt:

Facebook / Alex Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI