Il-Prim Ministru Olandiż U L-Maħbub Tiegħu Jħabbru Li Se Jsiru Missirijiet Għall-Ewwel Darba

Aħbar sabiħa għall-Prim Ministru tal-Olanda Rob Jetten u l-għarus tiegħu, il-plejer tal-hockey Arġentin Nicolás Keenan, hekk kif ħabbru li qed jistennew l-ewwel tarbija tagħhom fl-2027. Rob Jetten kiteb l-istorja hekk kif sar l-ewwel Prim Ministru tal-Olanda li huwa openly gay. Kiseb pass importanti fir-rappreżentanza tal-komunità LGBTIQ+ fil-politika Olandiża u dik globali.

Il-koppja qasmet din l-aħbar speċjali permezz ta’ ritratti ħelwin fuq il-midja soċjali, fosthom ritratt tal-ultrasound. Huma rringrazzjaw ukoll lil Lisa, l-mara li qed iġġorr it-tarbija tagħhom.

Jetten kien stqarr li meta kien iżgħar, kien isibha diffiċli jimmaġina li xi darba seta’ jiżżewweġ raġel u jkollu t-tfal miegħu. Min-naħa tiegħu, Keenan kien ukoll jibża’ li l-fatt li huwa bisesswali seta’ jċaħħdu mill-opportunità li jsir missier.

Awguri minn qalbna!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI