Il-mewt ta’ Ian Bartolo, fl-età ta’ 49 sena ħalla warajh niket kbir fost il-familjari, il-ħbieb u dawk kollha li kellhom il-privileġġ li jafuh.
F’messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali, Puttinu Cares esprima id-diqa tiegħu għal din it-telfa u bagħat il-kondoljanzi sinċiera lill-familja kollha, b’mod speċjali lil martu Marion u lil ibnu. Fost il-weġgħa li ġġib magħha t-telfa ta’ persuna għażiża, hemm ġesti li jfakkru lil kulħadd kemm l-imħabba tista’ tkompli tagħmel differenza, anke meta xi ħadd ma jibqax magħna.
Waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ Ian, inġabret is-somma sabiħa ta’ €1,900 b’risq Puttinu Cares, bħala ġest ta’ mħabba li jagħti tifsira speċjali lill-memorja tiegħu. Puttinu Cares irringrazzja lil dawk kollha li kkontribwixxu u għażlu li jonoraw il-memorja ta’ Ian b’dan il-mod tant sabiħ.
Għalkemm il-firda hija waħda diffiċli u l-vojt li jħalli warajh xi ħadd maħbub ma jistax jimtela faċilment, atti bħal dawn juru li l-imħabba tista’ tibqa’ tgħix fil-ġenerożità u fit-tjubija li wieħed iħalli warajh.
F'isem it-Tim ta' Gwida.mt, nittamaw li Ian jistrieħ fis-sliem u nagħtu wkoll il-kondoljanzi lill-familja kollha!
Facebook/Puttinu Cares