Kultant, in-natura toffrilna xeni li jqanqlu l-emozzjonijiet u jibqgħu mnaqqxa fil-memorja tagħna. Hekk ġara lil Simon Vella, li ftit wara ċ-ċerimonja ta’ ibnu Kurt, lemaħ sħaba f’għamla ta’ qalb fuq Birżebbuġa, dehra li skontu baqgħet tidher għal siegħa u nofs.
Simon spjega, li r-ritratti ttieħdu minn kuġintu Antoinette, u saħaq li din ix-xena tassew seħħet, minkejja li llum il-ġurnata ħafna jistgħu jaħsbu li immaġni bħal din ġiet maħluqa bl-intelliġenza artifiċjali.
Għaldaqstant, l-aktar li jolqot, f’din l-istorja huwa l-kliem ta’ Kurt, li qal li jħobb lill-familja tiegħu kollha. Kliem sempliċi, iżda mimli mħabba, li flimkien ma’ dik is-sħaba f’għamla ta’ qalb seta’ ħalla memorja speċjali fil-qlub ta’ dawk preżenti.
Xi drabi, tkun sempliċement sħaba fis-sema, iżda għall-persuni li jgħixu mument partikolari, tista’ ssir tifkira li tibqa’ magħhom għal dejjem.
Facebook/Simon Vella