Illum, 22 ta’ Ottubru, Reggie Cini qed jiċċelebra għeluq il-56 sena tiegħu. L-eks goalkeeper internazzjonali Malti, huwa isem li jibqa’ mnaqqax fil-memorja ta’ bosta partitarji, speċjalment ta' dawk tal-Valletta FC.

Imwieled il-Belt Valletta fl-1970, Reggie trabba fil-futbol mal-klabb Belti, fejn beda jibni karriera li kellha ġġib magħha bosta suċċessi. Iddebutta mat-tim tal-kbar fl-istaġun 1987/88 u, ta’ 19-il sena biss, kien diġà qed jiċċelebra l-ewwel kampjonat tiegħu. Tul is-snin, huwa kien parti minn tim li kiteb paġni sbieħ fl-istorja tal-klabb. Fost l-aktar mumenti memorabbli kien hemm l-istaġun 1996/97, meta Valletta rebħu ħames kompetizzjonijiet, u l-2000/01, meta kisbu sitt unuri.
Reggie libes ukoll il-flokk tat-tim nazzjonali Malti, li miegħu lagħab 26 partita internazzjonali. Wara esperjenzi ma’ Sliema Wanderers u Marsaxlokk, temm il-karriera tiegħu bħala plejer fl-2003. Għaldaqstant, fl-2022 kellu jaffaċċja sfida ferm differenti, meta qatta’ 28 jum fit-taqsima tal-kura intensiva fi Sqallija minħabba problemi respiratorji. Battalja li fakkritna kemm is-saħħa hija prezzjuża.
Għalhekk, it-Tim ta' Gwida.mt jawguralu l-isbaħ xewqat, kif ukoll is-saħħa, il-kuntentizza u ħafna aktar snin sbieħ u memorabbli!
