Hemm messaġġi li jmorru lil hinn mill-kliem u jaslu dritt għall-qalb, u dak li kiteb il-kantant lokali Geordie, lil martu Karen f’jum għeluq sninha huwa xhieda ta’ din l-imħabba sinċiera.

Permezz ta’ messaġġ mimli tenerezza, Geordie awgura lil martu l-isbaħ xewqat, filwaqt li esprima kemm iħossu xxurtjat li għandu persuna speċjali bħalha f’ħajtu. Hu ddeskriva lil Karen bħala persuna unika, li bil-karattru sabiħ u kkulurit tagħha, dejjem ġġib il-ferħ f’ħajjet dawk ta’ madwarha.
Fix-xewqat tiegħu, Geordie ħeġġiġha biex qatt ma tieqaf toħlom u tibqa’ temmen fiha nnifisha, filwaqt li tkompli taħdem biex tagħmel il-ħolm tagħha realtà. Għalih, ftit hemm affarijiet li jagħtuh ferħ akbar milli jaraha kuntenta u b’dik it-tbissima sabiħa fuq wiċċha.
Huwa rringrazzjaha wkoll tal-imħabba, tat-tjubija u tal-ferħ li ġġib magħha, u temm il-messaġġ billi jgħidilha "Inħobbok, qalbi tiegħi, illum u dejjem."
It-Tim ta' Gwida.mt ukoll jixtieq jawguralha l-isbaħ xewqat, kif ukoll li jkollha sena mimlija mħabba, kuntentizza u serenità!

Facebook/Geordie Debono S Sánchez