Gianni Zammit Jiltaqa’ Fit-Triq Ma’ Gaten Matarazzo Li Għamel Il-Parti Ta’ Dustin Henderson F’Stranger Things!

Is-segwaċi ta’ Stranger Things huma ħafna u żgur li tkun il-ħolma tagħhom li jiltaqgħu ma’ xi attur mis-sensiela tant popolari, speċjalment xi karattru favorit bħal Dustin Henderson, li seraq il-qlub tat-telespettaturi. Id-DJ, kantant u preżentatur, Gianni Zammit irnexxielu jiltaqa’ ma’ Gaten Matarazzo, li għamel il-parti ta’ Dustin.

“Aktar affarijiet strambi (stranger things) li tara Londra,” kiteb Gianni mar-ritratt li tella’ fuq Instagram. Ir-ritratt ittieħed quddiem The Tom Stoppard Theatre. Fil-fatt, jidher li Gaten qed jieħu sehem f’produzzjoni ta’ Rent f’dan it-teatru f’Londra.

Ritratt:

Instagram / @giannizammit

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI