Dawk li jħobbu t-temp xitwi u li kienu qed jistennew ix-xita li kienet imbassra b’ħerqa, se jkunu pjuttost diżppuntati hekk kif il-possibbiltà kompliet tonqos skont tbassir tat-temp aġġornat.
“Il-possibbiltà ta’ xi xita s-Sibt kompliet tonqos hekk kif kollox jindika li l-maltemp ser ikun ġon-nofsinhar tal-Gżejjer Maltin,” kitbet il-paġna tal-Facebook Aġġornament Tat-Temp.
L-unika possibbiltà ta’ raxxa xita tidher li forsi tkun għall-ħabta tal-5pm, iżda filgħaxija jaqleb għal temp ftit imsaħħab biss.
Facebook / Aġġornament tat-Temp