“Bjorn Formosa Mhuwiex Biss Malti B’Qalb Kbira, Imma Ħabib Kbir. Illejla Ċċelebrajna Għeluq L-40 Sena Tiegħu,” – Il-Ministru Silvio Schembri

Ilbieraħ kien qed jiġi ċċelebrat għeluq snin Bjorn Formosa b’ċelebrazzjoni fejn mar il-Ministru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u l-Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri.

“Għalija, Bjorn Formosa mhuwiex biss Malti b’qalb kbira, imma fuq kollox ħabib kbir tiegħi,” kiteb il-Ministru flimkien ma’ filmat tagħhom fuq Facebook. “Nista’ ngħid li trabbejna flimkien, ħdimna flimkien u min jaf kemm għamilna praspar flimkien tul is-snin.”

Il-Ministru kompla jgħid, “Illejla ċċelebrajna għeluq l-40 sena tiegħu. Awguri mill-qalb ħabib tiegħi.”

Ritratt:

Facebook / Silvio Schembri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI