It-trasport pubbliku mhuwiex se jibqa' bla ħlas għal persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi, skont kif irrappurtat dalgħodu mis-sit Times of Malta.
Ġie spjegat kif din il-miżura mistennija tiddaħħal fis-seħħ mis-sena d-dieħla u se tkun qiegħda taffetwa lil persuni li mhumiex ċittadini tal-Unjoni Ewropea u m'għandhomx lanqas permess ta' residenza fit-tul f'pajjiżna.
Matul dawn l-aħħar sigħat, dwar dan tqanqal dibattitu sħiħ fuq il-midja soċjali hekk kif kulħadd qed jesprimi l-fehma tiegħu.
Intom x'taħsbu dwar din il-miżura li qed tissemma?
Facebook / Tallinja