Xi Ħalbiet Tax-Xita Msemmija Matul Il-Ġimgħa D-Dieħla

Il-bidu tal-ġimgħa d-dieħla mistenni jkun ikkaratterizzat minn riħ qawwi li fl-eqqel tiegħu se jilħaq il-forza 6 kif ukoll minn xi ħalbiet ħfief tax-xita.

Is-sit 'Aġġornament tat-Temp' qed ibassar li r-riħ u x-xita se jikkalmaw matul il-jiem tat-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis. Madankollu, tmiem il-ġimgħa, il-gżejjer Maltin mistennija jerġgħu jintlaqtu minn xi ħalbiet tax-xita, li jistgħu jippersistu sal-Ħadd, kif spiss jiġri f'dan iż-żmien tas-sena.

Intant, it-temperaturi mistennija jkomplu jonqsu gradwalment, hekk kif fis-sigħat ta' filgħaxija jistgħu jinżlu sa 15°C f'ċerti jiem tal-ġimgħa d-dieħla.

Ritratt:

Facebook / Patricia Kellett u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI