“Grazzi. Irnexxielna!” – Gordon Bonello Wara S-Sehem Kbir Tiegħu Fil-Junior Eurovision 2026

Gordon Bonello qasam messaġġ ta’ sodisfazzjon u gratitudni wara li temm kapitlu ieħor mill-esperjenza tiegħu fil-Junior Eurovision Song Contest (JESC) 2026.

Għal Gordon, din kienet is-sitt edizzjoni li fiha ta sehmu, u jistqarr li kull edizzjoni ħalliet il-marka tagħha, iżda din tal-aħħar kienet waħda tassew speċjali.

F’din l-esperjenza, kellu diversi responsabbiltajiet importanti, fosthom dawk ta’ kap tal-ispettaklu (Head of Show), direttur kreattiv, direttur tal-filmati qosra ta’ introduzzjoni għall-parteċipanti (Postcard Director) u awtur.

Fil-messaġġ tiegħu, Gordon irringrazzja b’mod speċjali lill-PBS Ltd Malta tal-fiduċja, l-appoġġ u l-għajnuna kontinwa matul dan il-vjaġġ.

Huwa temm il-messaġġ tiegħu b’sens ta’ kburija, u b’ringrazzjament lil dawk kollha li kienu parti minn din l-esperjenza, filwaqt li kiteb, “Grazzi. Irnexxielna!”

Prosit u Bravissimu bħal dejjem, Gordon!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI