L-EBU Tfaħħar Il-Mod Kif L-Ispirtu Tal-Festi Maltin Ittella’ Fuq Il-Palk Tal-JESC Ilbieraħ

F'isem l-EBU, id-direttur tal-Junior Eurovision Song Contest Martin Green faħħar il-mod kif b'suċċess pajjiżna rnexxielu jtella' l-ispirtu tal-festi Maltin fuq il-palk tal-MFCC ilbieraħ.

Hu faħħar b'mod partikolari l-ħidma tal-PBS li kienu responsabbli bil-produzzjoni ta' din is-serata. Fi kliemu, id-direttur tal-JESC iddeskriva s-serata tal-bieraħ bħala "ċelebrazzjoni ferrieħa tat-talent taż-żgħażagħ u tal-kreattività".

Ilbieraħ pajjiżna ospita għat-tielet darba fl-istorja l-kompetizzjoni mużikali segwita ta' kull sena minn miljuni madwar id-dinja tal-Junior Eurovision Song Contest. Apparti din is-sena, Malta kellha l-opportunità tospita l-JESC fl-2014 u fl-2016.

Fis-serata tal-bieraħ pajjiżna kklassifika fis-seba' post wara prestazzjoni mill-isbaħ fejn spikkaw it-talent straordinarju u l-passjoni kbira taċ-ċkejken Beppe Caruana li ta' 11-il sena diġà qed jagħmel suċċess fix-xena mużikali.

Intant, il-JESC tal-2026 intrebaħ mill-Armenja li dis-sena kienet irrappreżentata mill-kantanta ta' 13-il sena Naré Kerobyan bil-kanzunetta tagħha 'BOO!'.

Sors: EBU

Ritratt:

Facebook / Junior Eurovision Song Contest

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI