Is-surmast Lelio Spiteri kiteb dwar mument sempliċi iżda ħelu immens li juri kemm l-istudenti japprezzaw meta l-edukaturi jiddedikaw ħin għall-istudenti.
"Ma kinitx ġurnata faċli llum. Imma dik hi ħajjitna. Daqqa jimxi kollox ħarir, drabi oħra l-mewġ jitqawwa xi ftit u joffri sfida, sakemm il-baħar jerġa' jikkalma. Kont għaddej fil-kuritur xħin bdiet iddoqq il-kanzunetta li tindika li kien wasal il-ħin għall-brejk."
Lelio jkompli, "Inzerta li fil-qrib kien hemm studenta li ġriet għal ħdejha u xtaqet tiżfen. Jien ma qgħadx lura tafux u għamilna żifna żul minn hemm. Ma naħsibx li konna perfetti tafux imma d-daħka tat-tifla u l-ferħ li kien jidher ċar fuq wiċċha ġabu tbissima fuq fomm kull min inzerta, inkluż l-għalliema li ġibdet ir-ritratt."
Jesprimi kemm ċerti mumenti kapaċi jagħmlu differenza. "Mumenti sempliċi, forsi banali għal xi uħud, imma dawn huma l-waqtiet li jfakkruni li jien qiegħed l-iskola l-ewwel u qabel kollox għat-tfal. L-affarijiet l-oħra jiġu wara."
Prosit!
Facebook/ Lelio Spiteri