Għal kull ġenitur, jasal mument li fih jista’ jieqaf ftit mill-ġirja ta’ kuljum u jħares lura lejn is-snin ta’ xogħol, sagrifiċċji u dedikazzjoni.
Għal Sarah Grech, dan il-mument huwa okkażjoni speċjali biex turi lil missierha kemm tħobbu u kemm jixraqlu jgawdi dak li ħadem tant għalih. Fuq il-mezzi soċjali qasmet messaġġ mill-isbaħ lil missierha Marco Grech, għax għalih wasal iż-żmien li jnaqqas mir-ritmu tax-xogħol u jibda kapitlu ġdid, mimli mistrieħ, serħan il-moħħ u mumenti sbieħ.
Għaldaqstant, l-isbaħ parti tal-messaġġ kienet meta semmiet lin-neputija tiegħu Bianca, li diġà qed tistenna bil-ħerqa l-ġranet li fihom in-nannu tagħha se jkun jista’ jiġborha mill-iskola. Kif ukoll is-sena d-dieħla Marco se jkollu l-unur li jwassal lil bintu Sarah sal-artal f’jum it-tieġ tagħha. Mument li żgur se jibqa’ mnaqqax fil-memorja tagħhom għal dejjem.
It-Tim ta' Gwida.mt jawgura lil Marco f'dan il-jum u jalla s-snin li ġejjin ikunu mimlija bl-imħabba tal-familja u b’dak il-ħin prezzjuż li kultant il-ħajja mgħaġġla ma tħalliniex ingawdu biżżejjed.
Facebook/Just-Sarah