Jumejn ilu Liston Bongailas qasam messaġġ mill-isbaħ għall-għażiż ibnu, Kane, fl-okkażjoni ta' għeluq sninu. Liston jesprimi kemm hu kburi b'ibnu u jitkellem dwar il-ferħ kbir li ġab miegħu l-għażiż ibnu.
"Lil ibni Kane, illum għalaqt disa’ snin, u kull sena li tgħaddi nħossu aktar kemm int il-miraklu tagħna. Int mhux biss ibni, imma d-dinja tiegħi u ta’ ommok. Kull daħka tiegħek timliena bil-ferħ, u kull ħolma tiegħek tagħtina raġuni biex nibqgħu niġġieldu u nemmnu."
Liston ikompli, "Int qawwi, ġenwin u mimli enerġija — b’qalb kbira li qatt ma tieqaf tħobb u tħoss. Qatt tibdel, u żomm dik l-ispark tiegħek dejjem tixgħel, għax dik tagħmlek uniku."
Qasam anke filmat b'diversi mumenti li qattgħu flimkien. "Inħobbuk aktar milli jistgħu jgħidu l-kliem, aktar minn kull ħin u aktar minn kollox. Int id-dinja tagħna, Kane."
Awguri minn qalbna, Kane!
Facebook/ Liston Bongailas