Min kien jobsor li l-fenek u l-pastizzi setgħu jwasslu lil Malta fil-quċċata tal-Ewropa?
Mument mill-isbaħ għal pajjiżna kien dak li seħħ f’Bukarest, fir-Rumanija, fejn il-kok Maltija, Martina Bonello, kisbet rebħa mill-isbaħ fil-finali tax-Xlokk tal-Ewropa, tal-kompetizzjoni San Pellegrino Young Chef Academy. Il-preżentatur Keith Demicoli qasam il-ferħ tiegħu għal din l-aħbar sabiħa, b’mod speċjali għax Martina kienet l-unika mara li kkompetiet f’din il-finali, iżda t-talent u d-dedikazzjoni tagħha wassluha biex tikseb l-ogħla unur!
Dak li jagħmel din ir-rebħa aktar speċjali huwa l-fatt li Martina għażlet li tagħti ġieħ lill-kċina Maltija permezz ta’ platt ispirat minn żewġ elementi tant għal qalbna: il-fenek u l-pastizzi. Keith stqarr, kemm kienet esperjenza sabiħa li jara dan il-mument mill-qrib, speċjalment meta ra r-reazzjoni emozzjonanti ta’ Martina u tal-mentor tagħha, Steve Scicluna.
Din mhijiex biss rebħa għal kok żagħżugħa, iżda wkoll opportunità biex il-kċina u t-talent Malti jingħataw aktar viżibbiltà barra minn xtutna.
It-Tim ta' Gwida.mt jawgura lil Martina ta' din ir-rebħa u jalla din tkun biss il-bidu ta’ avventura mimlija suċċessi kemm f'Malta, kif ukoll barra minn xuxtna!
Facebook/Keith Demicoli