Hemm mumenti fil-ħajja meta anki l-iżgħar aħbar tajba ssir dawl qawwi f’nofs id-dlam. Kien proprju dan is-sentiment li qasam DJ Jaycee lbieraħ, wara li rċieva aħbar tajba dwar bintu Nora.
Fi kliem mimli mħabba, DJ Jaycee ddeskriva lil Nora bħala vera ġellieda ċkejkna. Minkejja l-età żgħira tagħha, bintu qed turih kuljum xi jfissru l-kuraġġ, is-saħħa u l-perseveranza, anki meta l-ħajja ġġib magħha sfidi diffiċli.
Hu stqarr ukoll kemm Nora għallmitu jibqa’ jemmen, jitlob u jiġġieled, anki fl-aktar mumenti mudlama. “Daddy loves you more than words can ever explain,” kiteb lil bintu, waqt li fakkarha li hi qalbu, is-saħħa tiegħu u kollox għalih.
Il-vjaġġ tagħhom għadu għaddej, pass wara pass u jum wara jum, iżda llum, fost tant inkwiet, hemm ukoll raġuni biex jitbissmu u jkomplu jittamaw għax xi kultant, tama żgħira tkun biżżejjed biex tagħtik is-saħħa tkompli tiġġieled.
Alla jkompli jżomm idejh fuq Nora u jagħti lilha u lill-familtha s-saħħa li tant għandhom bżonn.
Facebook/Joseph John Cutajar/DJ Jaycee