Misteru Li Ilu Jħawwad Lil Malta Għal Ġenerazzjonijiet Sħaħ – Lorella Castillo

Min qatt għadda minn Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta żgur li jaf b’dan it-tifel bil-kaxxa tad-donazzjonijiet u t-talba li ilha tinstema’ għal snin twal: “Għinni nsir qassis!” u fl-aħħar jidher li wasal iż-żmien li xi ħadd jinvestiga dan il-każ misterjuż!

Il-kreattiva Maltija, Lorella Castillo, ħolqot proġett divertenti li jgħaqqad din il-figura tant magħrufa mal-univers tal-familja Addams. Din id-darba, fuq ras it-tifel dehret Thing, l-id famuża mill-familja stramba, li waslet Malta b’inkarigu speċjali: issolvi l-misteru ta’ kif, wara tant snin jiġbor id-donazzjonijiet, dan it-tifel għadu ma sarx qassis!

B’umoriżmu, Lorella tistqarr li l-istorja ilha tħawwad lil Malta għal ġenerazzjonijiet sħaħ, tant li saħansitra l-ħamiema tilfet il-fidi tagħha! L-istatwa, għolja madwar metru u nofs, ilha familjari għal dawk li jgħaddu minn din it-triq fil-Belt.

Issa kulħadd qed jistaqsi: Thing se jirnexxilha tiskopri l-verità wara dan il-każ li ilu snin twal bla soluzzjoni?

Lorella ħalliet lis-segwaċi tagħha kurjużi, b’wegħda ta’ aktar żviluppi fil-ħdax. Jidher li anke fil-Belt Valletta, xi misteri jeħtieġu aktar minn talb biex jissolvew!

Ritratt:

Facebook/Lorella Castillo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI