Il-Membru Parlamentari Ewropej, Alex Agius Saliba, sellem il-memorja ta’ Raymond il-Baby, li ddeskrivieh bħala ħabib Vendriż.
Fil-messaġġ tiegħu, Alex wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-martu Anna, lil uliedu u lill-familja kollha tiegħu f’dan il-mument ta’ niket.
Kienu l-aħħar kelmiet tiegħu li taw lill-messaġġ tifsira partikolarment emozzjonanti. B’referenza għall-imħabba li Raymond kellu lejn l-għasafar, Alex kiteb li issa għandu par ġwienaħ biex imur ’il bogħod mill-uġigħ u t-tbatija għax issa jibqa' tiela' l-ġenna
Kliem sempliċi iżda mimli sens ta’ tislima, li jfakkarna kif kultant l-iżgħar dettalji dwar persuna jibqgħu l-aktar memorji għal qalb dawk li jkunu ħabbewha.
F’dan il-mument diffiċli, jibqa’ l-ħsieb lejn il-familja tiegħu, li qed tgħaddi minn din it-telfa, u t-tama li l-memorji sbieħ ta’ Raymond ikunu ta’ faraġ għal dawk li llum qed iħossu n-nuqqas tiegħu.
It-Tim ta' Gwida.mt jibgħat il-kondoljanzi lill-familja kollha!
Facebook/Alex Agius Saliba