George Portelli, iben it-tabib Frank Portelli, spjega li mhux se jkun qed isir funeral, iżda ssuġġerixxa li jingħataw id-donazzjonijiet f’isem missieru.
Fuq il-paġna tiegħu kiteb, “Għada, missieri Dr. Frank Portelli se jiġi midfun mal-familja tiegħu. Qabel miet, hu qalilna li xtaq li ma jkollux funeral u li xtaq biss li jindifen. Jekk xi ħadd xtaq jibgħatlu l-fjuri, nixtiqukom tikkunsidraw tagħtu donazzjoni f’isem missieri lid-Dar tal-Providenza u/jew Great Ormond Street Hospital Charity. It-tnejn kienu speċjali ħafna għal missieri u bħala familja kemm-il darba ġbarna flus f’okkazjonijiet speċjali għalihom.”
Mal-messaġġ tiegħu hu ħalla wkoll żewġ links li juruk fejn tista’ tagħti d-donazzjoni tiegħek.
Nagħtu l-kondoljanzi tagħna. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier.
Facebook / George Portelli