“L-Ewwel Xahar Minn Meta Bdejna Din L-Avventura Ġdida Ta’ Niskata Ma’ Brian!”

Brian Niskata

Niskata preżentat mill-bravissima Angela Agius minn dejjem kien programm imfittex mit-telespettaturi ta' TVM, u mingħajr ebda dubju, din f'din l-iskeda xejn inqas. Wara li kien jieħu ħsieb xi ġranet mill-ġimgħa, din is-sena ħa l-programm f'idu kompletament il-preżentatur Brian Grech, u r-rispons tat-telespettaturi għadu wieħed tajjeb.

It-tim ta' Niskata qasam messaġġ mingħand Brian innifsu.

"Illum għalina kienet ġurnata ftit aktar speċjali… iċċelebrajna l-ewwel xahar minn meta bdejna din l-avventura ġdida ta’ Niskata ma’ Brian! Niftakar sew l-emozzjoni tal-ewwel ġurnata, l-entużjażmu, l-eċitament u anke dik il-ftit ansjetà li ġġib magħha kull bidu ġdid. Illum, xahar wara, inħares lura bi tbissima u b’qalb mimlija gratitudni. Irrid ngħid GRAZZI mill-qalb lilkom, it-telespettaturi tagħna!"

Hu jkompli, "Grazzi tal-messaġġi sbieħ li tibagħtulna, tal-kummenti, tal-kliem ta’ kuraġġ u anke tas-suġġerimenti tagħkom... Grazzi wkoll lit-tim kollu, kemm quddiem il-kameras kif ukoll wara l-kwinti... Għalija, Niskata mhuwiex sempliċiment programm. Huwa appuntament ta’ kuljum magħkom, opportunità biex nitgħallmu, naqsmu esperjenzi, nidħku u xi kultant anke nemozzjonaw ruħna flimkien."

Prosit tassew lil Brian u lit-tim kollu!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI