“Illum Ser Nitkellem Fuq Xi Ħaġa Li Tiġri Kuljum Kważi Lil Kulħadd” – Il-Kantant Dominic Cini Dwar Min Jitkellem Minn Wara Dahrek

Il-kantant Dominic Cini kiteb messaġġ fuq il-paġna tiegħu li jġiegħlek tieqaf ftit u tirrifletti.

Hu spjega, “Illum ser nitkellem fuq xi ħaġa li tiġri kuljum kważi lil kulħadd. Kemm ‘il darba kemm fuq il-post tax-xogħol kif ukoll bnadi oħra n-nies b'għira kbira quddiemek ifaħħruk imbagħad kif titlaq mill-kamra kif jgħid il-malti jiġġakbinawk? Veru hux? Dan għaliex iħossuhom li b’xi mod int aħjar minnhom. Hawn min hu sod u ma jikkalkulax il-persuna bħal ma nagħmel jien f’xi ċirkostanzi imma hawn min hu dgħajjef u ma tkunx taf din il-persuna kif ser toħodha.”

Żied jgħid li dawn l-azzjonijiet jistgħu jwasslu lil ħaddieħor biex ibati mid-dipressjoni, stress, u saħansitra jipprova jweġġa’ lilu nnifsu.

Temm kliemu billi kiteb, “Għaliex din il-mibgħeda kollha? Tgħallem faħħar lil ħaddieħor u mhux minn wara dahru tipprova tkissru mentalment. Kulħadd għandu s-sabiħ tiegħu fil-ħajja. Ejja nuru l-imħabba u r-rispett.”

Ritratt:

Facebook / Dominic Cini

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI