L-MEP Peter Agius kiteb fuq il-paġna tiegħu dwar każ li ħass il-bżonn li jitlob azzjoni fuqu u għalhekk kiteb lill-Kummissarju Ewropew għad-Demokrazija. F’dan il-każ, mara Maltija tkeċċiet minn xogħlha fid-Danimarka għaliex esprimiet il-pożizzjoni politika tagħha.
Hu spjega, “Din hija Michelle Pace u tkeċċiet minn xogħlha għax favur il-Palestina. Ktibt formalment lill-Kummissarju Ewropew għad-Demokrazija Mc Grath b'talba għal azzjoni fuq it-tkeċċija ta' Michelle Pace mill-Universita Daniża ta' Roskilde. Skont investigazzjoni tal-media Daniża, Michelle tkeċċiet għax kritikat lil Israel u ħadet sehem f'dimostrazzjonijiet favur il-Palestina.”
Żied jgħid, “Nippretendi li dan huwa dritt ewlieni Ewropew u li kulħadd ikollu l-liberta tal-espressjoni anke ta' posizzjoni politika. X'messaġġ qed nagħtu lit-tfal tagħna jekk għalliema tista’ titkeċċa għax ħadet posizzjoni politika!? Nistenna li l-Kummissjoni tidħol f'dan il-każ u tara fejn is-salvagwardji tad-drittijiet ma ħadmux u għaliex.”
Intom x’taħsbu dwar dan? Taħsbu li d-deċiżjoni li ttieħdet kienet ġusta?
Facebook / Peter Agius