Il-Pulizija ta’ Malta għadhom kif ħarġu ktieb ġdid jismu ‘Il-Ħolma Ta’ Leo’. Dan hu ktieb tat-tfal immirat għal tfal żgħar ta’ bejn l-eta` ta’ ħames u seba’ snin.
Fuq il-mezzi soċjali tagħhom spjegaw, “L-istorja hi dwar Leo, tifel żgħir li joħlom li jsir pulizija. Jintroduċi lit-tfal żgħar għall-karriera ta’ pulizija permezz ta’ storja interessanti u tal-eta` tagħhom.”
Min jixtieq dan il-ktieb jista’ jċempel fuq in-numru 7976 7979 u se jintalab jagħti donazzjoni ta’ 3 ewro. Id-donazzjonijiet kollha se jintużaw biex jingħata sapport lill-vittmi tal-kriminalita`.
Hi idea tassew ħelwa li tintroduċi lit-tfal għal karriera ta’ sodisfazzjoni kbir filwaqt li tiġbor id-donazzjonijiet għal min għandu bżonn l-għajnuna. Inħeġġukom iċċemplu biex tordnaw dan il-ktejjeb!
Facebook / The Malta Police Force