Hemm ġesti ta’ mħabba li jmorru lil hinn mill-kliem u jħallu marka fil-ħajja ta’ tant nies. Waħda minn dawn l-istejjer hija dik tal-Monsinjur Għawdxi Ġużepp Camilleri, li ilu 35 sena jaħdem b’għożża u dedikazzjoni biex jgħin lill-komunitajiet fil-Gwatemala.
Din l-istorja ta’ ħidma u solidarjetà ġiet imfakkra mill-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, li dalgħodu ltaqgħet miegħu f’Tas-Sliema.
Fuq il-midja soċjali, Metsola qasmet kemm din il-missjoni qed tagħmel differenza fil-ħajja ta’ tant familji u tfal, filwaqt li tkellmet dwar il-proġetti li jmiss u l-ħidma tal-voluntiera Maltin u Għawdxin li jagħżlu li jaqsmu d-dinja biex ikunu ta’ għajnuna għall-oħrajn.
Permezz ta’ din il-missjoni qed jinbnew djar, sptarijiet u skejjel, flimkien ma’ dak kollu li komunitajiet fil-bżonn għandhom tassew bżonn.
Storja li tfakkarna li l-qalb tajba ma tagħrafx fruntieri u li kultant, biex tbiddel id-dinja ta’ xi ħadd, ma jkollokx għalfejn tagħmel mirakli… biżżejjed tagħżel li tkun hemm għalih.
Facebook/Roberta Metsola