L-attur leġġendarju Ingliż Patrick Stewart, magħruf l-aktar għall-interpretazzjoni tiegħu fis-serje Star Trek u għall-karriera twila tiegħu fit-teatru u fiċ-ċinema, miet fl-età ta’ 86 sena, u bosta personalitajiet mid-dinja tad-divertiment sellmulu b’messaġġi mill-qalb.
Fost dawk li esprimew in-niket tagħhom kien hemm l-attur Ian McKellen, li ddeskrivieh bħala “bniedem li wieħed seta’ jafda fih, jammirah u, fil-każ tiegħi, iħobbu”.
William Shatner, li wkoll kien parti mill-univers ta’ Star Trek, qal li Stewart kien jirrappreżenta “l-aħjar kwalitajiet tagħna”, filwaqt li George Takei sejjaħlu “leġġenda li ma tistax tiġi sostitwita”.
Il-karriera tiegħu damet seba’ deċennji u kienet tinkludi rwoli importanti fuq il-palk fil-West End ta’ Londra u fuq Broadway, minbarra l-wirjiet memorabbli tiegħu fuq it-televiżjoni u l-big screen.
Stewart miet fid-dar tiegħu f’Los Angeles wara ġlieda kontra l-Alzheimer u d-dimenzja.
"Sir Patrick Stewart offra lil ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ segwaċi, ikona li ispiratna nħarsu lejn l-istilel. Illum, niċċelebraw ħajja straordinarja u wirt li jibqa’ ħaj. Grazzi, Sir Patrick," jiktbu fuq il-paġna uffiċjali ta' Star Trek
Insellmu l-memorja ta' dan il-leġġenda. Strieħ fis-Sliem Sir Patrick Stewart.