Aktar suċċessi għall-attur lokali Henry Zammit Cordina! Is-sajf li għadu kif għadda kien perjodu interessanti u importanti għal Henry.
Fil-bidu tas-sajf, attenda għall-Hard Faith Film Festival ġewwa Los Angeles, fejn flimkien ma' Aleksa Ristovic tnieda l-premiere tal-Film – Illusion of Faith.
Henry huwa l-attur prinċipali ta’dan il-film u Aleksa huwa l-kittieb u direttur. Il-film rebaħ Best International Film Award u l-festival serva biex isiru ftit kuntatti.
Hawnhekk ukoll, Henry iltaqa' mal-leġġenda ta’ Hollywood – Martin Sheen li stieden lil Henry jpoġġi ħdejh u tkellmu dwar Malta.
Sakemm kien lura Malta, Henry sar jaf li ħa l-Best Actor in a Lead Role għall-istess film mill-Christian Film Festival ġewwa Ft. Lauderdale – Orlando.
U ftit wara rebaħ Best lead Actor in a short film mill-Miracle Makers International Film Festival ta’ Newport Beach – California. Fil-film – Onesimus, Henry interpreta l-parti ta’ Pawlu ta’ Tarsu.
Henry sar jaf ftit wara li ġie nnominat darbtejn għal dawn iż-żewġ films mill-Content Film Festival ġo Capernaum Film Studios ġewwa Texas. U flimkien ma' Aleksa marru Texas biex jattendu.
Illusion of Faith reġa' rebaħ premju, u Henry ħa premju għar-reċtar tiegħu fuq Onesimus. Dawn huma tliet premji li ġabu prestiġju personali għal Henry u anki għal Malta.
Dawn iż-żewġ films u anke l-Film Festivals għandhom tema faith based, u hemm niċċa kbira għal dawn it-tip ta' produzzjonijiet fl-Istati Uniti.
Illusion of Faith inxtara mill-Faith Channel ta' Dallas Texas u ser ikun hemm distribuzzjoni tiegħu fuq online platforms. Dan il-film ser jidher ukoll fuq PBS ta’ Malta għal żmien il-Milied.
Nawguraw u nifirħu mill-qalb lil Henry!
Facebook/ Henry Zammit Cordina