“Nawguralha U Ngħidilha Grazzi Ta’ Dak Kollu Li Tagħmel Magħna” – Mark Spiteri Lucas Lill-Għażiża Ommu

Spiteri Lucas

Il-kantawtur u kompożitur lokali Mark Spiteri Lucas fuq il-mezzi soċjali tiegħu qasam ritratt sabiħ mal-għażiża ommu f’għeluq sninha, mument li jiċċelebraw l-imħabba u l-gratitudni. Mark kiteb ukoll messaġġ qasir iżda mill-qalb sabiex jgħaddilha x-xewqat tiegħu f’din l-okkażjoni speċjali.

"Hekk kif illum tiċċelebra għeluq sninha ommi Carmen, nawguralha u ngħidilha grazzi ta' dak kollu li tagħmel magħna. Happy Birthday mingħandi, Sharon u Greta," kiteb Mark. Bosta bagħtu x-xewqat sbieħ tagħhom fil-kummenti.

Awguri mill-qalb Mark!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI