“Dan Huwa Tip Ta’ Sħab Li Minnu Jinħolqu Maltempati Żgħar Li Jagħtu Ammont Ta’ Xita” – Aġġornament Tat-Temp

Hekk kif ix-xemx dlonk sparixxiet u s-sħab griż ħakem is-sema, il-paġna tal-Facebook tat-tbassir tat-temp, Aġġornament tat-temp tkellmet dwar dan.

“Dan huwa tip ta’ sħab li minnu jinħolqu maltempati żgħar li fejn jilħqu jagħtu ammont ta’ xita,” huma kitbu. “Qegħdin nosservaw li miegġu hemm silġ u hemm diversi trombi tal-arja fuq il-baħar speċjalment bejn Għawdex u Sqallija.”

“Dan it-temp huwa karaterizzat minn firxa ta’ pressjoni baxxa li fiha arja kiesħa u mistennija tippersisti sa nhar it-Tlieta. Hemm possibbiltà ta’ xi silġ ukoll.”

Ritratt:

Facebook / Appornament tat-temp

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI