“Id-Dar Tal-Providenza Tifraħ Lis-Sinjura Gloria Callus Li Rebħet Il-Premju Anzjanità Attiva 2026 Fil-Kategorija Tal-Volontarjat” – Id-Dar Tal-Providenza

Il-paġna tal-Facebook tad-Dar tal-Providenza qed tifraħ lil Gloria Callus li rebħet premju prestiġġjuż ħafna.

“Id-Dar tal-Providenza tifraħ lis-Sinjura Gloria Callus, waħda mill-voluntiera tagħha, li rebħet il-Premju Anzjanità Attiva 2026 fil-Kategorija tal-Volontarjat,” huma kitbu.

“Premju mistħoqq lil mara li għal bosta snin offriet ħafna mill-ħin tagħha f’ħidma volontarja, b’mod speċjali fir-raħal tas-Siġġiewi, fejn tat is-sehem tagħha b’risq l-anzjani, il-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom, kif ukoll mad-Dar tal-Providenza. Awguri mill-qalb, Gloria!”

Ritratt:

Facebook / Dar tal-Providenza

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI