Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-temp qasmu mas-segwaċi tagħhom avviż importanti rigward riħ qawwi previst.
Huma qalu, “Qed jiġi mbassar riħ qawwi fuq il-Gżejjer Maltin nhar it-Tnejn, 2 ta’ Novembru, mis-13:00 li mistenni jippersisti sat-Tlieta, 3 ta’ Novembru, fit-8:00.”
Żiedu, “Huwa rakkomandat li tittieħed il-prekawzjoni meħtieġa, speċjalment f’postijiet esposti għar-riħ u tul il-kosta fejn jaħkem il- majjistral. Ħudu ħsieb in naħa ta' wara taċ- Ċirkewwa. Tħallux karozzi hemm.”