Bosta Tfal Jilbsu Ta’ Qaddisin Differenti F’Quddiesa Speċjali Fir-Rabat Malta

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Kolleġġjata Bażilika u Proto-Parroċċa ta' San Pawl, Rabat – Malta qasmu mumenti minn quddiesa speċjali għat-tfal.

Huma qalu, “Dalgħodu, waqt il-quddiesa tal-10:30, iċċelebrajna flimkien mat-tfal u l-ġenituri tagħhom il-festa tal-Qaddisin Kollha. Għal din l-okkażjoni speċjali, bosta tfal ġew lebsin ta’ qaddisin differenti, fosthom San Pawl, Chiara Badano, Santa Gianna Beretta Molla, San Mikiel, San Carlo Acutis, San Franġisk, San Duminku, Santa Bernardina, San Ġwann Bosco u l-Madonna.”

Żiedu, “Waqt l-omelija, qsamna mat-tfal eżempji mill-ħajja ta’ diversi qaddisin, filwaqt li xi wħud mit-tfal kellhom l-opportunità jaqsmu magħna dak li kienu jafu dwar il-qaddis li kienu qed jirrappreżentaw. Fi tmiem il-quddiesa, ittellgħu diversi kotba dwar il-ħajja tal-qaddisin, kif ukoll tajna borża bil-ħelu u santa ta’ qaddis lil kull tifel u tifla, biex dan il-qaddis ikun il-protettur u l-ħabib tagħhom matul din is-sena. Jalla l-eżempju tal-qaddisin ikompli jispirana biex nimxu dejjem aktar fit-triq tal-qdusija!”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI