Il-countdown beda! Nhar is-Sibt 5 ta’ Diċembru 2026, Għawdex se jilqa’ lill-kantant leġġendarju Thomas Anders, il-vuċi ikonika tal-grupp Modern Talking, għal kunċert speċjali li se jfakkar u jiċċelebra wħud mill-akbar suċċessi tas-snin 80.
Dawk preżenti se jkollhom l-opportunità jgawdu kanzunetti klassiċi bħal You're My Heart, You're My Soul, Cheri Cheri Lady u Brother Louie.
Ma’ Thomas Anders se jingħaqdu d-DCapitals Big Band, Gianluca Bezzina u Sarah Bonnici, filwaqt li l-lejla se tkun ippreżentata minn Clint Bajada.

Il-kunċert se jsir fix-Xewkija Tigers Football Pitch, f’post mgħotti kompletament b’tinda sabiex l-ispettaklu jkun jista’ jsir b’kumdità irrispettivament mit-temp.
L-avveniment qed jiġi organizzat b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tax-Xewkija. Early Bird Tickets diġà nbiegħu kollha, filwaqt li għad fadal numru limitat ta’ biljetti fis-Seated Area A.
Għadhom disponibbli wkoll biljetti għall-General Admission, VIP u Seated Area B. Għal min iħobb il-mużika tas-snin 80, din hi opportunità sabiħa biex jerġa’ jgħix xi wħud mill-akbar suċċessi mużikali ta’ kull żmien!
