Janet Zahra Walker, attivista għall-marda tal-multiple sclerosis, kitbet messaġġ fuq il-paġna tagħha dwar il-vjaġġ tagħha bl-MS bħalissa. Hi spjegat li qed tieħu tip ta’ mediċina li tgħin xi ftit, iżda għadha tissielet mal-battalja.
Hi spjegat, “Għaddew sitt xhur, u erġajt qiegħda hawn, niġġieled il-battalja tiegħi mal-Multiple Sclerosis. MS diġa ħadli ħafna mill-mobbilta` tiegħi imma jien determinata li nżomm ma’ dak li għad għandi. Ocrevus mhix kura, imma qed nittama li twaqqaf din il-marda imprevedibbli milli tgħaġġel wisq. Forsi qed niċċaqlaq ftit iżjed bil-mod dan iż-żmien, imma mhux se naqta’ qalbi!”
Noffrulha l-kuraġġ u nirringrazzjawha talli tibqa’ żżid l-għarfien dwar l-MS. Inżommuha fit-talb tagħna!
Facebook / Janet Zahra Walker